Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/269/133

    Kawża F-100/07: Rikors ippreżentat fil- 1 ta' Ottubru 2007 — Tsirimiagos vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU C 269, 10.11.2007, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 269/73


    Rikors ippreżentat fil-1 ta' Ottubru 2007 — Tsirimiagos vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

    (Kawża F-100/07)

    (2007/C 269/133)

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Kyriakos Tsirimigos (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentant: M. -A. Lucas, avukat)

    Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deciċżjoni tal-21 ta' Novembru 2006 tad-Direttur ta' l-Amministrazzjoni tal-KTR sabiex jiġu rkuprati l-ammonti li kienu tħallsu lilu skond il-koeffiċjent korrettur fuq il-parti ta' l-emolumenti tiegħu ittrasferiti fi Franza minn April 2004 sa Mejju 2005, għal ammont ta' EUR 2 120,16;

    tannulla safejn huwa meħtieġ id-deċiżjoni tal-21 ta' Ġunju 2007 li tiċħad l-ilment amministrattiv tiegħu tal-21 ta' Frar 2007 kontra d-deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2006, safejn din tikkonferma l-irkupru għal ammont ta' EUR 2 038,16;

    tordna lill-Kumitat tar-Reġjuni tħallsu lura s-somma ta' EUR 2 038,61 imnaqqsa fuq ir-remunerazzjoni tiegħu, miżjuda b'interessi għad-dewmien b'rata ta' 8 % fis-sena mill-1 ta' Diċembru 2006, data ta' l-irkupru u sal-ħlas komplut.

    tordna lill-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża F-59/07 (1).


    (1)  ĠU C 199, 25.8.2007, p. 51.


    Top