Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/211/31

    Kawża C-281/07: Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit- 13 ta' Ġunju 2007 — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    ĠU C 211, 8.9.2007, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 211/16


    Talba għad-deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta' Ġunju 2007 — Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    (Kawża C-281/07)

    (2007/C 211/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bayerische Hypotheken- und Vereinsbank AG

    Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Jonas

    Domandi preliminari

    1)

    L-ewwel sentenza ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta' Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (1) tapplika għall-irkupru ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni mogħtija indebitament lil esportatur anke fil-każ fejn dan ta' l-aħħar ma jkun wettaq l-ebda irregolarità?

    Fil-każ fejn ir-risposta għall-ewwel domanda tkun waħda affermattiva:

    2)

    Din id-dispożizzjoni tapplika, mutatis mutandis, għall-irkupru ta' tali benefiċċji mingħand parti li tkun irċeviet, mingħand l-esportatur, id-dritt ta' dan ta' l-aħħar għar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni?


    (1)  ĠU L 312, p. 1.


    Top