EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0757

Kawża T-757/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat għax-xiwi – Żvelar tad-disinn preċedenti – Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

ĠU C 216, 19.6.2023, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023 – Activa – Grillküche vs EUIPO – Targa (Apparat għax-xiwi)

(Kawża T-757/21) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta apparat għax-xiwi - Żvelar tad-disinn preċedenti - Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2023/C 216/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Activa – Grillküche GmbH (Selb, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Stangl u M. Würth, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė u J. Ivanauskas, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Targa GmbH (Soest, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-H. Hoffmann, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Activa – Grillküche GmbH, titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 1651/2020-3)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Activa – Grillküche GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 37, 24.1.2022.


Top