Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0628

    Kawża C-628/21, Castorama Polska u Knor: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – TB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Direttiva 2004/48/KE – Miżuri, proċeduri u rimedji neċessarji sabiex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Dritt għall-informazzjoni – Locus standi – Neċessità li tiġi stabbilita minn qabel l-eżistenza ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali)

    ĠU C 216, 19.6.2023, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 216/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – TB

    (Kawża C-628/21 (1), Castorama Polska u Knor)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Direttiva 2004/48/KE - Miżuri, proċeduri u rimedji neċessarji sabiex ikun żgurat ir-rispett tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali - Dritt għall-informazzjoni - Locus standi - Neċessità li tiġi stabbilita minn qabel l-eżistenza ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali)

    (2023/C 216/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: TB

    fil-preżenza ta’: Castorama Polska sp. z o.o., “Knor” sp. z o.o.

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali,

    għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    fil-kuntest ta’ azzjoni relatata ma’ ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali skont din id-dispożizzjoni, ir-rikorrent għandu, għall-finijiet ta’ talba għal informazzjoni abbażi ta’ dan l-Artikolu 8, jipprovdi kull prova raġonevolment aċċessibbli sabiex il-qorti adita b’din it-talba tkun konvinta, b’ċertezza suffiċjenti, li huwa d-detentur ta’ dan id-dritt, billi jippreżenta provi xierqa fid-dawl tan-natura tal-imsemmi dritt u tal-formalitajiet speċjali li possibbilment japplikaw.


    (1)  ĠU C 95, 28.2.2022.


    Top