Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0357

    Kawża T-357/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2020 – Kozhuvchanka uvoz-izvoz Kavadarci vs EUIPO (NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER)

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/42


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2020 – Kozhuvchanka uvoz-izvoz Kavadarci vs EUIPO (NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER)

    (Kawża T-357/20)

    (2020/C 271/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrenti: Drushtvo za proizvodvsto, trgovija I uslugi Kozhuvchanka d.o.o. uvoz-izvoz Kavadarci (Kavadarci, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq) (rappreżentant: А. Ivanova, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “NASHE MAKEDONSKO PILSNER BEER MACEDONIAN PREMIUM BEER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 967 530

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 1729/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ r-rikors u tiddeċiedi li tilqa’ l-applikazzjoni għal trade mark li qiegħda fil-proċess li tiġi rreġistrata.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top