Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0201

    Kawża T-201/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Berebene vs IPO – Consorzio vino Chianti Classico (GHISU)

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/38


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Berebene vs IPO – Consorzio vino Chianti Classico (GHISU)

    (Kawża T-201/20)

    (2020/C 191/51)

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Berebene Srl (Roma, l-Italja) (rappreżentant: A. Massimiani, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio vino Chianti Classico (Radda in Chianti, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kulur GHISU – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 232 571

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 592/2019-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    konsegwentement, tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GHISU Nru 17 232 571 b’mod partikolari għall-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 33 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell.

    Motiv invokat

    Paragun żbaljat tat-trade marks kunfliġġenti u evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni u tal-vantaġġ indebitu.


    Top