Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0183

    Kawża T-183/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte)

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/32


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – Schneider vs EUIPO – Raths (Teslaplatte)

    (Kawża T-183/20)

    (2020/C 191/44)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Christian Schneider (Leverkusen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Buttron, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Oliver Raths (Männedorf, l-Isvizzera)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Teslaplatte” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 222 155

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 247/2019-2

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex tiċħad fl-intier tiegħu l-appell tal-parti l-oħra ppreżentat fit-28 ta’ Jannar 2019;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top