EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0152

Kawża T-152/20: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

ĠU C 191, 8.6.2020, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/21


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

(Kawża T-152/20)

(2020/C 191/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Hausgerate GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Home Connect” – Applikazzjoni Nru 18 077 851

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1751/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top