This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0013
Case T-13/20: Action brought on 8 January 2020 — Valiante v Commission
Kawża T-13/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni
Kawża T-13/20: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni
ĠU C 95, 23.3.2020, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/34 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-13/20)
(2020/C 95/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Diego Valiante (Antwerp-Berchem, Belġju) (rappreżentant: R. Wardyn, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jiġi ammess fil-kompetizzjoni interna COM/1/AD10/18 (AD10); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal ikkostitwit mid-deċiżjoni li tirrifjuta li r-rikorrent jiġi ammess għall-kompetizzjoni interna minħabba nuqqas tal-grad minimu.
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba r-rekwiżit ta’ grad minimu li ma jaffettwax bl-istess mod lill-membri tal-persunal temporanju u lill-uffiċjali. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba r-rekwiżit li kandidat japplika għal qasam wieħed biss, li jimpedixxi li jsir reklutaġġ ibbażat fuq l-ogħla livell ta’ kapaċità, effiċjenza u integrità fuq l-iktar bażi wiesgħa possibbli. |