Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0326

    Kawża C-326/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – SIA MONO vs Valsts ieņēmumu dienests

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – SIA MONO vs Valsts ieņēmumu dienests

    (Kawża C-326/20)

    (2020/C 329/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Administratīvā apgabaltiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti fl-ewwel istanza u appellanti fl-appell: SIA MONO

    Konvenut fl-ewwel istanza u appellat fl-appell: Valsts ieņēmumu dienests

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa intiżi għal użu fil-kuntest tar-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari għandhom ikunu eżentati mill-imsemmija dazji bil-kundizzjoni li l-ħlas għal dawn il-prodotti jkun previst permezz ta’ mezzi li ma humiex kontanti, li l-ħlas ikun effettivament seħħ u li l-ħlas lill-fornitur ikun sar mid-destinatarji reali tal-imsemmija prodotti?

    2)

    L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet u limiti li, fil-kuntest tar-relazzjonijiet diplomatiċi u konsulari, jissuġġettaw l-eżenzjoni minn dazji tas-sisa għall-prodotti suġġetti għall-imsemmija dazji għar-rekwiżit li x-xerrej ta’ dawn il-prodotti jkun ħallas effettivament għalihom permezz ta’ mezzi differenti mill-kontanti?


    (1)  ĠU 2009, L 9, p. 12.


    Top