Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0303

    Kawża C-303/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM

    ĠU C 329, 5.10.2020, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 329/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Polonja) fit-8 ta’ Lulju 2020 – Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A. vs KM

    (Kawża C-303/20)

    (2020/C 329/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Opatowie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ultimo Portfolio Investment (Luxembourg) S.A.

    Konvenut: KM

    Domanda preliminari

    Is-sanzjoni għar-responsabbiltà għal kontravvenzjonijiet prevista fl-Artikolu 138c(1) tal-Kodeks wykroczeń (il-Kodiċi Pollakk għall-Kontravvenzjonijiet) għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu tal-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur previst fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) tikkostitwixxi implimentazzjoni xierqa u suffiċjenti tar-rekwiżit ta’ stabbiliment fid-dritt nazzjonali ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonali u dissważivi għall-ksur, min-naħa tal-kreditur, tal-obbligu ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur impost fuq Stat Membru permezz tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE?


    (1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46


    Top