This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CN0192
Case C-192/20: Request for a preliminary ruling from the Krajský súd Prešov (Slovakia) lodged on 5 May 2020 — Prima banka Slovensko, a.s. v HD
Kawża C-192/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD
Kawża C-192/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD
ĠU C 329, 5.10.2020, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd Prešov (is-Slovakkja) fil-5 ta’ Mejju 2020 – Prima Banka Slovensko a.s. vs HD
(Kawża C-192/20)
(2020/C 329/04)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd Prešov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Prima Banka Slovensko a.s.
Konvenut: HD
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1) tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 93/13”), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) u 7(1) tagħha, moqrija flimkien mal-interpretazzjoni mogħtija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Awwissu 2018, Banco Santander (C-96/16 u C-94/17, ECLI:EU:C:2018:643), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħad-dispożizzjoni ta’ qafas protettiva li tinsab fl-Artikolu 54(1) tal-Kodiċi Ċivili, li ma tippermettix li s-sitwazzjoni tal-konsumatur tmur għall-agħar permezz ta’ kuntratt bi ksur tal-leġiżlazzjoni li, fil-każ ta’ ħlas tardiv min-naħa tal-konsumatur fir-rimbors tas-self, tirregola d-drittijiet tal-kreditur bil-mod segwenti:
|
2) |
Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-livell għoli ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi fis-sens tal-Artikolu 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), tal-Artikolu 4(2) u tal-Artikolu 169(1) TFUE, jipprekludi li l-konsumatur iħallas, bħala riżultat tad-dewmien tiegħu fl-eżekuzzjoni tal-impenji kuntrattwali, l-ispejjeż b’rata fissa tal-kreditur minflok id-dannu reali tal-kreditur, għalkemm id-dannu reali jkun inqas mill-ispejjeż b’rata fissa? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).