Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TN0366

    Kawża T-366/19: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Sboarina vs Il-Parlament

    ĠU C 263, 5.8.2019, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/66


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Sboarina vs Il-Parlament

    (Kawża T-366/19)

    (2019/C 263/71)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Gabriele Sboarina (Verona, l-Italja) (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Komunikazzjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew, li rriproduċiet id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tat-12 ta’ Lulju 2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei Deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati) u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Consiglio di Presidenza del Senato della Repubblica (il-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, l-Italja) u, f’kull każ,

    tannulla d-determinazzjoni ġdida u l-kalkolu mill-ġdid tal-allokazzjoni għall-ħajja mogħtija mill-Parlament Ewropew:

    konsegwentement, tgħid u tiddikjara li r-rikorrent għandu d-dritt li jżomm l-allokazzjoni għall-ħajja inkwistjoni sal-ammonti miksuba u li ser jinkisbu abbażi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-deliberazzjoni Nru 14/2018 tal-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati u/jew id-deliberazzjoni Nru 6/2018 tal-Kunsill tal-Presidenza tas-Senat tar-Repubblika, u tikkundanna lill-Parlament Ewropew iħallsu s-somom kollha miżmuma indebitament flimkien mal-evalwazzjoni monetarja ġdida u l-interessi legali mid-data tat-tnaqqis f’ras il-għajn, kif ukoll

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew biex jeżegwixxi s-sentenza għal intervent u biex immedjatament jistabbilixxi mill-ġdid u b’mod sħiħ l-allokazzjoni għall-ħajja fil-portata inizjali kollha tagħha, kif ukoll biex jikkumpensa d-danni kollha eventwali li jagħtu dritt għal kumpens lir-rikorrent.

    f’kull każ, tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha, inklużi l-onorarji tal-avukat flimkien mal-VAT, drittijiet, taxxi u spejjeż fil-forma ta’ somma f’daqqa.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-345/19, Santini vs Il-Parlament.


    Top