This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0916
Case C-916/19: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 12 December 2019 — Alpha Trading SpA unipersonale v Ministero dell’Economia e delle Finanze and Others
Kawża C-916/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Alpha Trading SpA unipersonale vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et
Kawża C-916/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Alpha Trading SpA unipersonale vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et
ĠU C 95, 23.3.2020, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2019 – Alpha Trading SpA unipersonale vs Ministero dell’Economia e delle Finanze et
(Kawża C-916/19)
(2020/C 95/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alpha Trading SpA unipersonale
Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero delle Politiche agricole, alimentari e forestali, Ministero dello Sviluppo Economico
Domanda preliminari
Fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – fid-dawl tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), kif emendat, tat-Taqsima I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat (2) u tal-eventwali dispożizzjonijiet ulterjuri tad-dritt tal-[Unjoni Ewropea] – jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li hija bħala tali suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, att normattiv sekondarju bħalma huwa r-regolament adottat permezz tad-Digriet Ministerjali Nru 37/2015 li huwa kkontestat f’dan il-każ li, b’eżekuzzjoni diretta ta’ sentenzi tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) li jipprovdu għall-annullament parzjali tar-regolamenti preċedenti li diġà ġew innotifikati lill-Kummissjoni, affettwa b’mod retroattiv il-modalità ta’ applikazzjoni tad-dazju tas-sisa mnaqqas fuq il-bijodiżil li jemenda b’mod retroattiv il-kriterji ta’ tqassim tal-benefiċċju bejn l-impriżi applikanti mingħajr estensjoni tat-terminu tal-programm ta’ vantaġġi fiskali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 4, p. 3, rettifika fil-ĠU 2015, L 72, p. 89).