This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0474
Case C-474/19: Request for a preliminary ruling from the Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen (Sweden) lodged on 18 June 2019 — Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening
Kawża C-474/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening
Kawża C-474/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening
ĠU C 288, 26.8.2019, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen (l-Isvezja) fit-18 ta’ Ġunju 2019 — Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening
(Kawża C-474/19)
(2019/C 288/41)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening
Konvenuti: Länsstyrelsen i Västra Götalands län, U.T.B.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi prassi nazzjonali li timplika li l-projbizzjoni tkopri biss dawk l-ispeċji li huma elenkati fl-Anness 1 tad-Direttiva 2009/147, jew li huma f’xi livell ta’ riskju, jew li jsofru minn tnaqqis fil-popolazzjoni fuq bażi twila ta’ żmien? |
2) |
It-termini “qtil/tfixkil/qerda intenzjonata” fl-Artikolu 5(a) sa (d) tad-Direttiva 2009/147 u fl-Artikolu 12(a) sa (c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu prassi nazzjonali li fiha, jekk l-għan tal-miżuri jkun manifestament differenti mill-qtil jew mit-tfixkil tal-ispeċi (pereżempju, miżuri ta’ qtugħ tas-siġar għall-injam jew żvilupp tal-art), għandu jkun hemm riskju ta’ effetti negattivi fuq l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi kkawżati mill-miżuri sabiex jiġu applikati il-projbizzjonijiet? |
3) |
Jekk ir-risposta għal xi parti mit-tieni domanda hija li l-ħsara f’livell li ma huwiex il-livell individwali għandha tiġi evalwata sabiex tkun applikabbli l-projbizzjoni, l-evalwazzjoni għandha għaldaqstant titwettaq fuq xi waħda min dawn l-iskali jew f’xi wieħed minn dawn il-livelli:
|
4) |
Il-frażi “deterjorazzjoni jew qerda” inkonnessjoni mas-siti tat-tgħammir tal-annimali fl-Artikolu 12(d) tad-Direttiva 92/43 għandha tiġi interpretata bħala li teskludi prassi nazzjonali li timplika li, minkejja l-miżuri kawtelatorji, il-funzjonalità ekoloġika kontinwa (FEK) tal-ħabitat tal-ispeċi kkonċernati intilfet, irrispettivament minn jekk dan seħħx bi ħsara, qerda jew deterjorazzjoni, direttament jew indirettament, individwalment jew kollettivament, b’tali mod li l-projbizzjoni tiġi applikata biss jekk teżisti probabbiltà ta’ deterjorazzjoni tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċi kkonċernati, f’wieħed mil-livelli msemmija fid-domanda 3? |
5) |
Jekk ir-risposta għar-raba’ domanda hija fin-negattiv, jiġifieri li l-livell ta’ ħsara li ma huwiex wieħed li jwassal sabiex il-ħabitat fiż-żona individwali tiġi evalwata sabiex tiġi applikata il-projbizzjoni, l-evalwazzjoni b’hekk għandha titwettaq fuq xi waħda min dawn l-iskali jew f’xi wieħed minn dawn il-livelli:
|