This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0428
Case C-428/19: Request for a preliminary ruling from the Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (Hungary) lodged on 4 June 2019 — OL and Others v Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt.
Kawża C-428/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 – OL et vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt
Kawża C-428/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 – OL et vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt
ĠU C 95, 23.3.2020, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 95/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 – OL et vs Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt
(Kawża C-428/19)
(2020/C 95/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Gyulai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: OL, PM u RO
Konvenuta: Rapidsped Fuvarozási és Szállítmányozási Zrt
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 96/71/KE (1) flimkien mal-Artikoli 3 u 5 tal-istess direttiva u mal-l-Artikoli 285 u 299 tal-Kodiċi tax-Xogħol Ungeriż għandhom jiġu interrpetati 0fis-sens li l-ksur tad-direttiva u tad-dispożizzjonijiet Franċiżi dwar il-pagi minimi jistgħu jiġu invokati fi proċeduri mibdija minn ħaddiema Ungeriżi quddiem qorti Ungeriża kontra l-persuna li timpjega Ungeriża? |
2) |
L-allowance ta’ kuljum intiża sabiex tkopri l-ispejjeż magħmula waqt it-tul tal-kollokament tal-ħaddiema barra l-pajjiż għandha titqies bħala parti mir-remunerazzjoni? |
3) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 561/2006/KE (2) jipprekludi prattika li biha l-persuna li timpjega tagħti allowance lix-xufiera, ibbażata fuq formula għall-kalkolu tat-tfaddil magħmul fil-forma ta’ tnaqqis fil-konsum tal-fjuwil meta mqabbel mal-vjaġġ magħmul, li ma huwiex parti mis-salarju previst fil-kuntratt ta’ xogħol ta’ dawn ix-xufiera, u li fuqu ma ħallsu l-ebda taxxa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, billi, sabiex jinkiseb dan l-iffrankar tal-fjuwil, ix-xufiera huma mħeġġa jsuqu b’tali mod li jistgħu jżidu r-riskji tas-sigurtà fit-toroq (pereżempju, isuqu bil-magna mitfija jew mingħajr gass (freewheel) sakemm ikun possibbli għan-niżla)? |
4) |
Id-Direttiva 96/71/KE tapplika għat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija, b’mod partikolari fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal proċeduri ta’ ksur kontra Franza u l-Ġermanja peress li dawn il-pajjiżi japplikaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar is-salarju minimu għas-settur tat-trasport bit-triq? |
5) |
Tista’ direttiva fiha nfisha, fl-assenza ta’ traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali, tagħti lok għal tali obbligu għal individwu u għaldaqstant tkun fiha nnifisha l-bażi ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra dak l-individwu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem qorti nazzjonali? |
(1) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 43, rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66).
(2) Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (Test b rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83).