Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0059

    Kawża C-59/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Wikingerhof GmbH & Co. KG vs Booking.com BV

    ĠU C 155, 6.5.2019, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2019 — Wikingerhof GmbH & Co. KG vs Booking.com BV

    (Kawża C-59/19)

    (2019/C 155/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Wikingerhof GmbH & Co. KG

    Konvenuta: Booking.com BV

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-post tal-avveniment dannuż tista’ tapplika fil-każ ta’ azzjoni għal inibizzjoni ta’ ċerti prattiki, jekk ikun possibbli li dawn il-prattiki kkontestati jkunu koperti minn regoli kuntrattwali iżda r-rikorrenti tallega li dawn ir-regoli huma bbażati fuq abbuż ta’ pożizzjoni dominanti min-naħa tal-konvenuta?


    (1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


    Top