This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0074
Case C-74/19: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 11 June 2020 (request for a preliminary ruling from the Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa — Juízo Local Cível de Lisboa — Juiz 18 — Portugal) — LE v Transport Aéreos Portugueses SA (Reference for a preliminary ruling — Air transport — Regulation (EC) No 261/2004 — Article 5(3) — Article 7(1) — Compensation to passengers in the event of denied boarding and of cancellation or long delay of flights — Exemption — Concept of ‘extraordinary circumstances’ — Unruly passengers — Possibility of relying on the occurrence of an extraordinary circumstance in respect of a flight not affected by that circumstance — Concept of ‘reasonable measures’)
Kawża C-74/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa – Juízo Local Cível de Lisboa – Juiz 18- il-Portugall) – LE vs Transportes Aéreos Portugueses SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Artikolu 7(1) – Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Eżenzjoni – Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” – “Passiġġieri problematiċi” (Unruly passengers) – Invokabbiltà tal-okkorrenza ta’ ċirkustanza straordinarja għal titjira mhux affettwata minnha – Kunċett ta’ “miżuri raġonevoli”)
Kawża C-74/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa – Juízo Local Cível de Lisboa – Juiz 18- il-Portugall) – LE vs Transportes Aéreos Portugueses SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 5(3) – Artikolu 7(1) – Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira – Eżenzjoni – Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” – “Passiġġieri problematiċi” (Unruly passengers) – Invokabbiltà tal-okkorrenza ta’ ċirkustanza straordinarja għal titjira mhux affettwata minnha – Kunċett ta’ “miżuri raġonevoli”)
ĠU C 271, 17.8.2020, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa – Juízo Local Cível de Lisboa – Juiz 18- il-Portugall) – LE vs Transportes Aéreos Portugueses SA
(Kawża C-74/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Artikolu 7(1) - Kumpens tal-passiġġieri fil-każ ta’ rifjut ta’ imbark u ta’ kanċellazzjoni jew ta’ dewmien twil ta’ titjira - Eżenzjoni - Kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji” - “Passiġġieri problematiċi” (Unruly passengers) - Invokabbiltà tal-okkorrenza ta’ ċirkustanza straordinarja għal titjira mhux affettwata minnha - Kunċett ta’ “miżuri raġonevoli”)
(2020/C 271/15)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca de Lisboa – Juízo Local Cível de Lisboa – Juiz 18
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LE
Konvenuta: Transportes Aéreos Portugueses SA
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-aġir problematiku ta’ passiġġier li ġġustifika li l-bdot fil-kmand tal-inġenju tal-ajru jagħmel devjazzjoni tat-titjira kkonċernata lejn ajruport differenti minn dak tal-wasla sabiex jiġu żbarkati dan il-passiġġier u l-bagalji tiegħu jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanza straordinarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, sakemm it-trasportatur tal-ajru responsabbli għat-titjira ma kkontribwixxiex għall-okkorrenza ta’ dan l-aġir jew naqas milli jieħu l-miżuri xierqa fid-dawl ta’ sinjali bikrija ta’ tali aġir, u dan huwa l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifikah. |
2) |
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jeżenta ruħu mill-obbligu li jikkumpensa lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien twil jew ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, trasportatur tal-ajru responsabbli għat-titjira jista’ jinvoka “ċirkustanza straordinarja” li tkun affettwat titjira preċedenti operata minnu permezz tal-istess inġenju tal-ajru, bil-kundizzjoni li jkun hemm rabta kawżali diretta bejn l-okkorrenza ta’ din iċ-ċirkustanza u d-dewmien jew il-kanċellazzjoni tat-titjira sussegwenti, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tevalwah, b’teħid inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-mod kif jiġi operat l-inġenju tal-ajru inkwistjoni mit-trasportatur tal-ajru kkonċernat responsabbli għat-titjira. |
3) |
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li trasportatur tal-ajru jipproċedi sabiex iqiegħed passiġġier fuq rotta differenti, permezz ta’ titjira operata minnu stess u li tirriżulta fil-wasla ta’ dan il-passiġġier l-għada tal-jum inizjalment previst, minħabba li l-inġenju tal-ajru li kellu jittrasportah kien affettwat minn ċirkustanza straordinarja, ma jikkostitwixxix “miżura raġonevoli” li teħles lil dan it-trasportatur mill-obbligu tiegħu ta’ kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(ċ) u fl-Artikolu 7(1) ta’ dan ir-regolament, sakemm ma kien hemm ebda possibbiltà oħra ta’ rotta differenti, diretta jew indiretta, permezz ta’ titjira operata minnu stess jew minn kwalunkwe trasportatur tal-ajru ieħor u li tasal b’inqas dewmien mit-titjira sussegwenti tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat jew sakemm it-twettiq ta’ tali rotta differenti kienet tikkostitwixxi għal dan tal-aħħar sagrifiċċju mhux tollerabbli fid-dawl tal-kapaċitajiet tal-impriża tiegħu fil-mument rilevanti, u dan huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tevalwah. |