This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0146
Case T-146/18: Action brought on 1 March 2018 — BPCE and Others v ECB
Kawża T-146/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE
Kawża T-146/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 58–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/58 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – BPCE et vs BĊE
(Kawża T-146/18)
(2018/C 161/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: BPCE (Pariġi, Franza) u 36 rikorrenti oħra (rappreżentanti: A. Gosset-Grainville, M. Trabucchi u P. Kupka, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-BĊE Nru ECB/SSM/2017 – 9695005MSX1OYEMGDF46/338 (meħuda flimkien mal-anness tagħha) tad-19 ta’ Diċembru 2017, sa fejn hija tistabbilixxi miżuri li għandhom jittieħdu dwar l-impenji ta’ pagament irrevokabbli rigward is-sistemi ta’ garanzija tad-depożiti jew il-fondi ta’ riżoluzzjoni; |
— |
tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-143/18, Société générale vs BĊE.