Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0140

    Kawża T-140/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – LMP Lichttechnik Vertriebs vs EUIPO (LITECRAFT)

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/55


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – LMP Lichttechnik Vertriebs vs EUIPO (LITECRAFT)

    (Kawża T-140/18)

    (2018/C 161/63)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: LMP Lichttechnik Vertriebs GmbH (Ibbenbüren, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Plegge, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LITECRAFT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 282 635

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 699/2017-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top