This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0084
Case C-84/18 P: Appeal brought on 6 February 2018 by Sophie Montel against the judgment of the General Court (Sixth Chamber) delivered on 29 November 2017 in Case T-634/16, Montel v Parliament
Kawża C-84/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 minn Sophie Montel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-634/16, Sophie Montel vs Il-Parlament
Kawża C-84/18 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 minn Sophie Montel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-634/16, Sophie Montel vs Il-Parlament
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 17–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/17 |
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 minn Sophie Montel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-634/16, Sophie Montel vs Il-Parlament
(Kawża C-84/18 P)
(2018/C 161/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Sophie Montel (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
Bdil tas-sentenza appellata, għaldaqstant: |
— |
Tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, li tispeċifika “li ammont ta’ EUR 77 276,42 ġie mħallas indebitament favur Sophie Montel” u tordna lill-awtorità kompetenti u lill-kontabilista tal-istituzzjoni sabiex jipproċedu bl-irkupru ta’ din is-somma. |
— |
Tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-897 kollha ffirmata mill-istess direttur ġenerali tal-finanzi fid-data tal-4 ta’ Lulju 2016. |
— |
Tiddeċiedi fuq l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-akkużi infondati li saru qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni, mill-ħsara magħmula lill-immaġini tagħha u mill-inkwiet kbir ikkawżat fil-ħajja personali u politika tagħha permezz tad-deċiżjoni appellata. |
— |
Tiddeċiedi dwar l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala spejjeż tal-proċedura. |
— |
Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
1. |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq il-prinċipju ta’ “electa una via”
|
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża
|
4. |
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova
|
5. |
Il-ħames aggravju bbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni
|
6. |
Is-sitt aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u aspettativi leġittimi
|
7. |
Is-seba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet ċiviċi tal-assistenti parlamentari
|
8. |
It-tmien aggravju bbażat fuq it-trattament diskriminatorju, fuq il-“Fumus persecutionis” u fuq l-użu ħażin ta’ poter
|
9. |
Id-disa’ aggravju bbażat fuq ksur tal-independenza tad-deputati
|
10. |
L-għaxar aggravju bbażat fuq infondatezza fil-fatt
|
11. |
Il-ħdax-il aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
|