Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0671

    Kawża C-671/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Chełmnie, il-Polonja) – proċedura mibdija minn Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Rikonoxximent reċiproku – Sanzjonijiet pekunjarji – Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI – Deċiżjoni ta’ awtorità tal-Istat Membru emittenti abbażi ta’ informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vettura – Għarfien tas-sanzjonijiet u tal-modalitajiet għal aEppell mill-persuna kkonċernata – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    ĠU C 36, 3.2.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.2.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 36/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Chełmnie, il-Polonja) – proċedura mibdija minn Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)

    (Kawża C-671/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Rikonoxximent reċiproku - Sanzjonijiet pekunjarji - Raġunijiet għal nuqqas ta’ rikonoxximent u għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI - Deċiżjoni ta’ awtorità tal-Istat Membru emittenti abbażi ta’ informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vettura - Għarfien tas-sanzjonijiet u tal-modalitajiet għal aEppell mill-persuna kkonċernata - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

    (2020/C 36/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Chełmnie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Centraal Justitieel Incassobureau, Ministerie van Veiligheid en Justitie (CJIB)

    Konvenut: Z.P., Prokuratura Rejonowa w Chełmnie

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 7(2)(g) u l-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ penali finanzjarji, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja tkun ġiet innotifikata konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru emittenti b’indikazzjoni tad-dritt li jiġi ppreżentat appell u tat-terminu sabiex dan isir, l-awtorità tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma tistax tirrifjuta li tirrikonoxxi u li teżegwixxi din id-deċiżjoni jekk il-persuna kkonċernata kellha terminu suffiċjenti sabiex tippreżenta appell kontriha, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, u li f’dan ir-rigward huwa irrilevanti l-fatt li l-proċedura ta’ impożizzjoni tas-sanzjoni inkwistjoni tkun ta’ natura amministrattiva.

    2)

    L-Artikolu 20(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni ma tistax tirrifjuta li tirrikonoxxi u li teżegwixxi deċiżjoni li timponi sanzjoni pekunjarja relatata ma’ ksur tar-regoli tat-triq meta tali sanzjoni tkun ġiet imposta fuq il-persuna li f’isimha tkun irreġistrata l-vettura inkwistjoni abbażi ta’ preżunzjoni ta’ responsabbiltà prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru emittenti, ġaladarba din il-preżunzjoni tista’ tiġi kkonfutata.


    (1)  ĠU C 65, 18.2.2019.


    Top