EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0174

Kawża C-174/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Ugwaljanza fit-trattament — Taxxa fuq id-dħul — Leġiżlazzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja — Pensjoni rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza — Modi ta’ kalkolu tal-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza — Telf ta’ parti mill-benefiċċju ta’ ċerti vantaġġi fiskali)

ĠU C 155, 6.5.2019, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge

(Kawża C-174/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Pensjoni rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza - Modi ta’ kalkolu tal-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza - Telf ta’ parti mill-benefiċċju ta’ ċerti vantaġġi fiskali)

(2019/C 155/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-effett li ċċaħħad kopja residenti f’dan l-Istat, li wieħed mill-membri tagħha jirċievi pensjoni fi Stat Membru ieħor li hija eżentata mit-taxxa fl-ewwel Stat Membru abbażi ta’ ftehim bilaterali intiż għall-ħelsien mit-taxxa doppja, minn parti mill-benefiċċju tal-vantaġġi fiskali mogħtija minn dan.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018


Top