EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0142

Kawża C-142/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 2(c) — Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” — Trażmissjoni ta’ sinjali — Servizz ta’ Voice over Internet Protocol (VoIP) lejn numri tat-telefon fissi jew mobbli — Servizz SkypeOut)

ĠU C 263, 5.8.2019, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Bruxelles — Il-Belġju) — Skype Communications Sàrl vs Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

(Kawża C-142/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ Voice over Internet Protocol (VoIP) lejn numri tat-telefon fissi jew mobbli - Servizz SkypeOut)

(2019/C 263/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skype Communications Sàrl

Konvenut: Institut belge des services postaux et des télécommunications (IBPT)

Dispożittiv

L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-provvista, mill-pubblikatur ta’ softwer, ta’ funzjonalità li toffri servizz “Voice over Internet Protocol” (VoIP), li jippermetti lill-utent iċempel numru fiss jew mobbli minn pjan nazzjonali ta’ numerazzjoni permezz tal-Public Switched Telephone Network (PSTN) ta’ Stat Membru minn terminal, jikkostitwixxi “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif il-provvista ta’ dak is-servizz, minn naħa, tagħti lok għar-remunerazzjoni tal-pubblikatur u, min-naħa l-oħra, tinvolvi l-konklużjoni minn dan tal-aħħar ta’ ftehimiet mal-fornituri ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni debitament awtorizzati sabiex jittrażmettu u jitterminaw telefonati lejn il-PSTN.


(1)  ĠU C 161, 7.5.2018


Top