Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0043

    Kawża C-43/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Digriet — Għażla ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE — Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni — Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” — Obbligu ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali)

    ĠU C 263, 5.8.2019, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Compagnie d’entreprises CFE SA vs Région de Bruxelles-Capitale

    (Kawża C-43/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Għażla ta’ żona speċjali ta’ konservazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni u ta’ ċerti miżuri ta’ prevenzjoni - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu ta’ twettiq ta’ evalwazzjoni ambjentali)

    (2019/C 263/13)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Compagnie d’entreprises CFE SA

    Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li, mingħajr ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha tagħmel, digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu Stat Membru jagħżel żona speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) u jistabbilixxi għanijiet ta’ konservazzjoni u ċerti miżuri ta’ prevenzjoni, ma huwiex inkluż fil-“pjanijiet u programmi” li għalihom evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent hija obbligatorja.


    (1)  ĠU C 112, 26.3.2018.


    Top