Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0042

    Kawża C-42/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE – Eżenzjonijiet – Punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) – Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti – Servizzi pprovduti minn kumpannija lil bank relatati mal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus)

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

    (Kawża C-42/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjonijiet - Punt 3 tal-Artikolu 13(B)(d) - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw il-pagamenti - Servizzi pprovduti minn kumpannija lil bank relatati mal-operat ta’ distributuri awtomatiċi ta’ flus)

    (2019/C 413/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Finanzamt Trier

    Konvenuta: Cardpoint GmbH, aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

    Dispożittiv

    Il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix tranżazzjoni li tikkonċerna l-pagamenti eżentata mill-VAT, prevista minn din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi mogħtija lil bank li jopera distributuri awtomatiċi ta’ flus, li tikkonsisti fl-operat u fil-manutenzjoni ta’ dawn id-distributuri, fil-provvista ta’ flus fihom, fl-installazzjoni ta’ ħardwer u ta’ softwer fihom, fit-trażmissjoni ta’ talba għal awtorizzazzjoni ta’ ġbid ta’ flus lill-bank li ħareġ il-karta bankarja użata, fid-distribuzzjoni tal-flus mitluba u fir-reġistrazzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ ġbid ta’ flus.


    (1)  ĠU C 152, 30.4.2018.


    Top