Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0241

Kawża T-241/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni

ĠU C 195, 19.6.2017, pp. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2017 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/17)

(2017/C 195/55)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

—

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/264, tal-14 ta’ Frar 2017, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn huma esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea spejjeż sostnuti mill-aġenzija ta’ pagament akkreditata tar-Repubblika tal-Polonja fl-ammont ta’ EUR 25 708 035,13;

—

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ġie miksur l-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (1), għaliex fir-rigward tal-ispejjeż inkorsi mill-awtoritajiet Pollakki fl-2011 fil-kuntest tal-miżuri eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-setturi tal-frott u tal-ħxejjex skont ir-Regolament Nru 585/2011 (2) bħala pagamenti kumpensatorji għan-nuqqas ta’ ħsad, saret korrezzjoni finanzjarja li hija bbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt żbaljata, minkejja li l-awtoritajiet Pollakki wettqu dawn l-ispejjeż skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u b’mod partikolari ma kisrux l-Artikolu 85 tar-Regolament Nru 543/2011 (3).


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013 L 347, p. 549).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 585/2011, tas-17 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta’ għajnuna għas-settur tal-frott u l-ħxejjex (ĠU 2011 L 160, p. 71).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU 2011 L 157, p. 1).


Top