Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0129

    Kawża C-129/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G. S. International BVBA

    ĠU C 161, 22.5.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2017 – Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV vs Duma Forklifts NV, G. S. International BVBA

    (Kawża C-129/17)

    (2017/C 161/17)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van beroep te Brussel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Mitsubishi Shoji Kaisha Ltd, Mitsubishi Caterpillar Forklift Europe BV

    Konvenuti: Duma Forklifts NV, G. S. International BVBA

    Domandi preliminari

    1)

    A)

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/95/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 20019, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (2) jinkludu d-dritt għall-proprjetarju tat-trade mark li jopponi t-tneħħija minn terzi, mingħajr il-kunsens tiegħu, tas-sinjali identiċi għal trade marks li huwa kien applika fuq il-prodotti (debranding), fil-każ ta’ prodotti kkummerċjalizzati li għadhom ma nbiegħux fiż-Żona Ekonomika Ewropea, bħall-merkanzija mqiegħda f’maħżen doganali, u meta din it-tneħħija sseħħ minn terzi sabiex jimporta jew iqiegħed fis-suq dawn il-prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea?

    B)

    Ir-risposta għad-domanda A tiddependi mill-kwistjoni jekk l-importazzjoni jew it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti fiż-Żona Ekonomika Ewropea seħħewx taħt is-sinjal distintiv proprju applikat minn dan it-terz (rebranding)?

    2)

    Jagħmel differenza għar-risposta għall-ewwel domanda jekk il-prodotti hekk importati jew imqiegħda fis-suq jibqgħu identifikati mill-konsumatur medju rilevanti bħala li ġejjin mill-proprjetarju tat-trade mark, minħabba d-dehra esterna tagħhom jew il-mudell tagħhom?


    (1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008, L 299, p. 25).

    (2)  ĠU 2009, L 78, p. 1.


    Top