EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0647

Kawża C-647/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket vs Srf konsulterna AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 53 — Provvisti ta’ servizzi li jikkonsistu fl-għoti ta’ aċċess għal avvenimenti edukattivi — Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli)

ĠU C 155, 6.5.2019, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen — l-Isvezja) — Skatteverket vs Srf konsulterna AB

(Kawża C-647/17) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 53 - Provvisti ta’ servizzi li jikkonsistu fl-għoti ta’ aċċess għal avvenimenti edukattivi - Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli)

(2019/C 155/11)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Srf konsulterna AB

Dispożittiv

L-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/UE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-termini “servizzi fir-rigward tad-dħul għal attivitajiet” li hemm riferiment għalihom f’din id-dispożizzjoni jinkludu servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti fit-taħriġ ta’ kontabbiltà u ta’ ġestjoni, fuq perijodu ta’ ħamest ijiem, ipprovdut lill-persunal taxxabbli biss u li jeżiġi reġistrazzjoni u ħlas bil-quddiem.


(1)  ĠU C 52, 12.02.2018


Top