Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0557

    Kawża C-557/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs Y.Z., Z.Z., Y.Y. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Artikolu 16(2)(a) — Artikolu 17 — Irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz — Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil — Direttiva 2003/109/KE — Artikolu 9(1)(a) — Telf ta’ dan l-istatus — Frodi — Nuqqas ta’ għarfien tal-frodi)

    ĠU C 155, 6.5.2019, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi il-Baxxi) — Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs Y.Z., Z.Z., Y.Y.

    (Kawża C-557/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Artikolu 16(2)(a) - Artikolu 17 - Irtirar tal-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti għal perijodu twil - Direttiva 2003/109/KE - Artikolu 9(1)(a) - Telf ta’ dan l-istatus - Frodi - Nuqqas ta’ għarfien tal-frodi)

    (2019/C 155/09)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    Konvenuti: Y.Z., Z.Z., Y.Y.,

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li ġew prodotti dokumenti ffalsifikati għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza lill-membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, il-fatt li dawn il-membri tal-familja ma kinux jafu bin-natura frawdolenti ta’ dawn id-dokumenti ma tipprekludix lill-Istat Membru kkonċernat milli, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jirtira dawn il-permessi. Konformement mal-Artikolu 17 ta’ din id-direttiva, madankollu, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li l-ewwel għandhom iwettqu eżami individwalizzat tas-sitwazzjoni ta’ dawn il-membri, billi jwettqu evalwazzjoni bbilanċjata u raġonevoli tal-interessi kollha involuti.

    2)

    L-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ fejn l-istatus ta’ resident għal perijodu twil ingħata lil ċittadini ta’ pajjiż terz abbażi ta’ dokumenti ffalsifikati, il-fatt li dawn iċ-ċittadini ma kinux jafu bin-natura frawdolenti ta’ dawn id-dokumenti ma jipprekludix lill-Istat Membru kkonċernat milli, b’applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, jirtira dan l-istatus.


    (1)  ĠU C 402, 27.11.2017.


    Top