This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0038
Case C-38/17: Judgment of the Court (Seventh Chamber) of 5 June 2019 (request for a preliminary ruling from the Budai Központi Kerületi Bíróság — Hungary) — GT v HS (Reference for a preliminary ruling — Consumer protection — Unfair terms in consumer contracts — Directive 93/13/EEC — Article 3(1) — Article 4(2) — Article 6(1) — Loan agreement denominated in foreign currency — The exchange rate applicable to the sum made available in domestic currency communicated to the consumer after the agreement has been concluded)
Kawża C-38/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — GT vs HS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 3(1) — Artikolu 4(2) — Artikolu 6(1) — Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija — Komunikazzjoni lill-konsumatur tar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali wara l-konklużjoni tal-kuntratt)
Kawża C-38/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — GT vs HS (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 3(1) — Artikolu 4(2) — Artikolu 6(1) — Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija — Komunikazzjoni lill-konsumatur tar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali wara l-konklużjoni tal-kuntratt)
ĠU C 263, 5.8.2019, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budai Központi Kerületi Bíróság — l-Ungerija) — GT vs HS
(Kawża C-38/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 3(1) - Artikolu 4(2) - Artikolu 6(1) - Kuntratt ta’ self iddenominat f’munita barranija - Komunikazzjoni lill-konsumatur tar-rata tal-kambju applikabbli għas-somma mqiegħda għad-dispożizzjoni fil-munita nazzjonali wara l-konklużjoni tal-kuntratt)
(2019/C 263/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budai Központi Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GT
Konvenuta: HS
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, kif interpretata mill-qorti suprema ta’ dan l-Istat Membru, li bis-saħħa tagħha kuntratt ta’ self f’munita barranija li, għalkemm jispeċifika s-somma espressa fil-munita nazzjonali li tikkorrispondi għall-applikazzjoni għal finanzjament tal-konsumatur, ma jindikax ir-rata tal-kambju applikabbli għal din is-somma sabiex jiġi ddeterminat l-ammont finali tas-self f’munita barranija, filwaqt li, f’waħda mill-klawżoli tiegħu, jistipula li din ir-rata għandha tiġi ddeterminata mill-persuna li ssellef wara l-konklużjoni tal-kuntratt f’dokument separat, ma jsirx null,
— |
meta din il-klawżola tkun ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13, sa fejn il-mekkaniżmu għall-kalkolu tal-ammont totali mogħti b’self kif ukoll ir-rata tal-kambju applikabbli jkunu stabbiliti b’mod trasparenti sabiex konsumatur medju, normalment informat u raġonevolment attent u avżat, ikun jista’ jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jikkonċernawh li joħorġu mill-kuntratt, inkluża, b’mod partikolari, l-ispiża totali tas-self tiegħu, jew, jekk ikun jidher li l-klawżola inkwistjoni ma tkunx ġiet redatta b’mod ċar u li jinftiehem, |
— |
meta l-imsemmija klawżola ma tkunx inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva jew, jekk din tkun inġusta, il-kuntratt ikkonċernat ikun jista’ jkompli jeżisti mingħajrha skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13. |