This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016TN0406
Case T-406/16: Action brought on 22 July 2016 — Dogg Label v EUIPO — Chemoul (JAPRAG)
Kawża T-406/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)
Kawża T-406/16: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)
ĠU C 364, 3.10.2016, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 364/17 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2016 – Dogg Label vs EUIPO – Chemoul (JAPRAG)
(Kawża T-406/16)
(2016/C 364/14)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Dogg Label (Marseille, Franza)(rappreżentant: M. Angelier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Patrick Chemoul (Paris, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “JAPRAG” – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 820 301
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 2336/2015-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea jilqa’ l-azzjoni għal annullament imressqa mill-kumpannija DOGG LABBEL; |
— |
tinvalida t-trade mark Komunitarja “JAPRAG” Nru 8 820 301 fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassijiet 18 u 25, fuq il-bażi tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess regolament. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |