Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TB0553

Kawża T-553/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – von Blumenthal et vs BEI (“Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Remunerazzjoni – Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi – Metodu ta’ kalkolu – Tilwima li ma għadx għandha skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – von Blumenthal et vs BEI

(Kawża T-553/16) (1)

(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi - Metodu ta’ kalkolu - Tilwima li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2019/C 413/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Henry von Blumenthal (Bergem, il-Lussemburgu) u t-369 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness tad-digriet (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u J. Klein, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju tar-rikorrenti tax-xahar ta’ Frar 2015 u tax-xhur sussegwenti, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tas-16 ta’ Diċembur 2014 d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tal-4 ta’ Frar 2015, kif ukoll tal-artiklu mqiegħed fuq l-internet fis-6 ta’ Frar 2015 u tan-nota ta’ informazzjoni tal-10 ta’ Frar 2015 li tinforma lill-persunal bl-adozzjoni ta’ din l-aħħar deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbu.

Dispożittiv

1)

Tittieħed nota tar-rinunzja għall-atti ta’ Dominique Courbin.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ Henry von Blumenthal u tar-rikorrenti l-oħra ħlief D. Courbin li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness.

3)

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-78/15 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Top