This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0346
Case C-346/16: Reference for a preliminary ruling from the Amtsgericht Kehl (Germany) lodged on 21 June 2016 — Criminal proceedings against C
Kawża C-346/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra C
Kawża C-346/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra C
ĠU C 335, 12.9.2016, pp. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ġunju 2016 – proċeduri kriminali kontra C
(Kawża C-346/16)
(2016/C 335/46)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Kehl
Partijiet fil-kawża prinċipali
C
Parti oħra: Staatsanwaltschaft Offenburg
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (1) (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru kkonċernat is-setgħa ta’ tfittixija, f’firxa territorjali b’massimu ta’ 30 kilometru mill-fruntiera ta’ dan l-Istat Membru mal-Istati li aderixxew mal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen), ta’ oġġett, irrispettivament mill-imġiba tal-persuna li tkun qiegħda ġġorr dan l-oġġett u minn ċirkustanzi speċifiċi, bl-għan li timpedixxi jew twaqqaf dħul illegali fit-territorju tal-istess Stat Membru jew li timpedixxi ċerti atti kriminali kontra s-sigurtà jew il-protezzjoni tal-fruntiera jew li huma mwettqa inkonnessjoni mal-qsim tal-fruntiera, fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera interna kkonċernata skont l-Artikolu 23 et seq tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen? |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
|
2. |
L-Artikolu 67(2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li tippremetti lil qorti kriminali f’dan l-Istat Membru tuża provi li jippreġudikaw lill-akkużat, minkejja li tali provi jkunu nkisbu bħala riżultat ta’ miżura tal-Istat li tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea? |