This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CA0481
Case C-481/16: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 9 November 2017 — European Commission v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — State aid — Aid declared unlawful and incompatible with the internal market — Obligation to recover — Obligation to provide information — Non-implementation — Pleas in defence — Absolute impossibility of implementation)
Kawża C-481/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Obbligu ta’ informazzjoni — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Mezzi ta’ difiża — Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni)
Kawża C-481/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ rkupru — Obbligu ta’ informazzjoni — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Mezzi ta’ difiża — Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni)
ĠU C 5, 8.1.2018, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 5/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Novembru 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-481/16) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ rkupru - Obbligu ta’ informazzjoni - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Mezzi ta’ difiża - Impossibbiltà assoluta ta’ eżekuzzjoni))
(2018/C 005/15)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: K. Boskovits u V. Karra, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Ir-Repubblika Ellenika, billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/539/UE, tas-27 ta’ Marzu 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34572 (13/C ex 13/NN) mogħtija mill-Ġreċja għal Larco General Mining & Metallurgical Company S.A., u billi ma informatx b’mod xieraq lill-Kummissjoni Ewropea bil-miżuri meħuda skont din id-deċiżjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 sa 5 tal-imsemmija deċiżjoni kif ukoll tat-Trattat FUE. |
2) |
Ir-Repubblika Elenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |