Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0755

Kawżi T-755/15 u T-759/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) – Vantaġġ – Prinċipju ta’ distakkament – Natura selettiva – Preżunzjoni – Restrizzjoni tal-kompetizzjoni – Irkupru”)

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Il-Lussemburgu u Fiat Chrysler Finance Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-755/15 u T-759/15) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna implimentata mil-Lussemburgu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u illegali u li tordna l-irkupru tagħha - Deċiżjoni tat-taxxa bil-quddiem (tax ruling) - Vantaġġ - Prinċipju ta’ distakkament - Natura selettiva - Preżunzjoni - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni - Irkupru”)

(2019/C 413/46)

Lingwi tal-kawża: il-Franċiż u l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-755/15: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: inizjalment D. Holderer u T. Uri, sussegwentement T. Uri, aġenti, assistiti inizjalment minn D. Waelbroeck, S. Naudin u A. Steichen, sussegwentement D. Waelbroeck u A. Steichen, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-759/15: Fiat Chrysler Finance Europe (Il-Lussemburgu, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: J. Rodríguez, solicitor, G. Maisto u M. Engel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: L-Irlanda (rappreżentanti fil-Kawża T-755/15: inizjalment E. Creedon, G. Hodge u A. Joyce, sussegwentement G. Hodge, M. Browne u A. Joyce, u fl-aħħar nett A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn P. Gallagher, M. Collins, SC, B. Doherty u S. Kingston, barristers, u, fil-Kawża T-759/15: inizjalment E. Creedon, G. Hodge, K. Duggan u A. Joyce, sussegwentement G. Hodge, K. Duggan, M. Browne u A. Joyce, u fl-aħħar nett A. Joyce u J. Quaney, aġenti, assistiti minn M. Collins, P. Gallagher, SC, S. Kingston u B. Doherty, barristers)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2326 tal-21 ta’ Ottubru 2015 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38375 (2014/C) (ex 2014/NN) implimentata mil-Lussemburgu għal Fiat (ĠU 2016, L 351, p. 1).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-755/15 u T-759/15 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-755/15.

4)

Fiat Chrysler Finance Europe għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-759/15.

5)

L-Irlanda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


Top