This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TA0304
Case T-304/15: Judgment of the General Court of 11 May 2017 — Abdulkarim v Council (Common Foreign and Security Policy — Restrictive measures adopted against Syria — Freezing of funds — Manifest error of assessment)
Kawża T-304/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Abdulkarim vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
Kawża T-304/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Abdulkarim vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
ĠU C 213, 3.7.2017, p. 27–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 213/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2017 – Abdulkarim vs Il-Kunsill
(Kawża T-304/15) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2017/C 213/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouhamad Wael Abdulkarim (Dubaï, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Étienne u N. Rouam, sussegwentement minn G. Étienne u S. Kyriakopoulou, u finalment minn S. Kyriakopoulou, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 41) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2015, L 64, p. 10), sa fejn l-isem tar-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati sa fejn jirrigwardaw lil Mouhamad Wael Abdulkarim. |
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ M. Abdulkarim. |