Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0149

    Kawża F-149/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – HG vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz — Akkomodazzjoni mpoġġija għad-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni — Obbligu li jirrisjedu hemmhekk — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Artikolu 9(1)(ċ) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal — Sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala — Kumpens għad-dannu — Artikolu 22 tar-Regoli tal-Persunal)

    ĠU C 364, 3.10.2016, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 364/41


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Lulju 2016 – HG vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-149/15) (1)

    ((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Uffiċjali assenjati f’pajjiż terz - Akkomodazzjoni mpoġġija għad-dispożizzjoni mill-amministrazzjoni - Obbligu li jirrisjedu hemmhekk - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Artikolu 9(1)(ċ) tal-Anness IX tar-Regoli tal-Persunal - Sospensjoni ta’ avvanz fl-iskala - Kumpens għad-dannu - Artikolu 22 tar-Regoli tal-Persunal))

    (2016/C 364/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: HG (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett tal-kawża

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ sospensjoni tal-avvanz fl-iskala u li tobbligah jikkumpensa dannu allegatament imġarrab mill-Unjoni Ewropea, u talba għad-danni bħala kumpens għad-dannu morali u għar-reputazzjoni allegatament imġarrab.

    Dispożittiv tas-sentenza

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    HG għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 68, 22.2.2016, p. 46.


    Top