Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0215

    Kawża C-215/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Mejju 2015 – Vasilka Ivanova Gogova vs Ilia Dimitrov Iliev

    ĠU C 236, 20.7.2015, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 236/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Mejju 2015 – Vasilka Ivanova Gogova vs Ilia Dimitrov Iliev

    (Kawża C-215/15)

    (2015/C 236/39)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Varhoven kasatsionen sad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vasilka Ivanova Gogova

    Konvenut: Ilia Dimitrov Iliev

    Domandi preliminari

    1)

    Il-possibbiltà, prevista mil-liġi, li l-qorti ċivili tagħti soluzzjoni għat-tilwima fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri rigward il-vjaġġ barra mill-pajjiż tal-wild u l-ħruġ ta’ dokumenti ta’ identità tikkostitwixxi kawża marbuta ma’ “l-attribuzzjoni, l-ezerċizzju, id-delegazzjoni, ir-restrizzjoni jew it-terminazzjoni tar-responsabbilità ta’ l-ġenituri” fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 2(7), li għalih jista’ japplika l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, jekk il-liġi materjali applikabbli tipprevedi eżerċizzju konġunt ta’ dawn id-drittijiet tal-ġenituri fir-rigward tal-wild tagħhom? u

    2)

    Il-motivi li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni internazzjonali japplikaw għal kawża ċivili marbuta mar-responsabbiltà tal-ġenituri meta d-deċiżjoni tissostitwixxi fatt ġuridiku importanti għall-proċedura amministrattiva rigward il-wild u meta l-liġi applikabbli tipprevedi li din il-proċedura għandha ssir fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea speċifiku?

    3)

    Għandu jitqies li hemm proroga tal-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 u fil-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni meta r-rappreżentant tal-konvenut ma jkunx ikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-qorti iżda ma jkunx ġiex awtorizzat mill-konvenut u ġie maħtur mill-qorti minħabba diffikultajiet ta’ notifika lill-konvenut u ta’ parteċipazzjoni tiegħu fil-proċedura, personalment jew permezz ta’ rappreżentant maħtur minnu?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


    Top