Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0389

    Kawża C-389/15: Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Awla Manja) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Il–Kummissjoni Ewropea vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi — Artikolu 3(1) TFUE — Kompetenza esklużiva tal-Unjoni — Politika kummerċjali komuni — Artikolu 207(1) TFUE — Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali)

    ĠU C 437, 18.12.2017, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 437/2


    Sentenza tal–Qorti tal–Ġustizzja (Awla Manja) tal–25 ta’ Ottubru 2017 – Il–Kummissjoni Ewropea vs Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea

    (Kawża C-389/15) (1)

    ((Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi - Artikolu 3(1) TFUE - Kompetenza esklużiva tal-Unjoni - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 207(1) TFUE - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali))

    (2017/C 437/02)

    Lingwa tal-kawża: l–Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il–Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Guillem Carrau, B. Hartmann, A. Lewis u M. Kocjan, aġenti)

    Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il–Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Etienne, A. Neergaard u R. Passos, aġenti)

    Konvenut: Il–Kunsill tal–Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Balta u F. Florindo Gijón, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir–Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Hedvábná u K. Najmanová, M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), Ir–Repubblika Federali tal–Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Techert, aġenti), Ir–Repubblika Ellenika (rappreżentant: M. Tassopoulou, aġent), Ir–Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent), Ir–Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, D. Colas, F. Fize, B. Fodda u D. Segoin, aġenti), Ir–Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato), L–Ungerija (rappreżentanti: M. Bóra, M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti), Ir–Renju tal–Pajjiżi l–Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M. Gijzen u B. Koopman, aġenti), Ir–Repubblika tal–Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), Ir–Repubblika Portugiża (rappreżentanti: M. Figueiredo, L. Inez Fernandes u M. L. Duarte, aġenti), Ir–Repubblika Slovakka (rappreżentanti: M. Kianička, aġent), Ir–Renju Unit tal–Gran Brittanja u l–Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Brodie u D. Robertson, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 8512/15, tas-7 ta’ Mejju 2015, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-denominazzjonijiet ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, għal dak li jirrigwarda kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.

    2)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 8512/15 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ibbażata fuq l-Artikoli 207 u 218 TFUE.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    4)

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, l-Ungerija, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


    Top