EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0478

Kawża T-478/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Ġunju 2014 – Industrias Espadafor et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 261, 11.8.2014, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2014 – Industrias Espadafor et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/14)

2014/C 261/79

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Espadafor, SA (Granada, Spanja); Tutichip, SAU (Barcelona, Spanja); Locales, Actividades y Exclusivas Comerciales, SA (Vigo, Spanja); RNB, SL (La Pobla de Vallbona, Spanja); u Inversiones Antaviana, SA (Valencia, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


Top