This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0405
Case T-405/14: Action brought on 31 May 2014 — Yavorskaya v Council and Others
Kawża T-405/14: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et
Kawża T-405/14: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et
ĠU C 261, 11.8.2014, p. 41–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 261/41 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2014 – Yavorskaya vs Il-Kunsill et
(Kawża T-405/14)
2014/C 261/67
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Elena Yavorskaya (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Grisay, C. Hartman u Y. G. Georgiades, avukati)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u Eurogroup, irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikjara bħala ammissibbli ir-rikors odjern għal responsabbiltà mhux kuntrattwali bbażat fuq l-Artikolu 340 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tiddikjara r-rikors fondat peress li l-miżuri imposti mid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru fil-qasam tal-konfiska tal-assi bankarji jiksru b’mod suffiċjentement ikkaratterizzat prinċipji fundamentali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jikkonferixxu drittijiet lil individwi, fatt li jikkostitwixxi nuqqas fid-dawl tal-Artikolu 340 TFUE; |
— |
tistabbilixxi li l-aġir tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi nuqqas serju u kkaratterizzat, li bħala konsegwenza jirriżulta f’dannu lir-rikorrenti stmat li jammonta, b’kull riserva, għal EUR 3 2 99 855,45, mingħajr preġudizzju għal tnaqqis jew żieda pendente lite, b’mod partikolari fil-dawl tal-interessi u l-ispejjeż li jkunu, fejn xieraq, dovuti; |
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas tal-ammonti suesposti; |
— |
barra minn hekk, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq nuqqas mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea u b’mod iktar preċiż, fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.
Fil-fatt, il-miżuri imposti mill-Unjoni Ewropea fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru wasslu għal iffriżar tal-assi tar-rikorrenti fi ħdan il-Laïki Bank, mingħajr ma ingħatat ebda kumpens ġust u minn qabel.
B’hekk, l-Unjoni Ewoprea kisret b’mod manifest u mhux raġjonevoli id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni safejn huma biss id-depożiti ta’ inqas minn EUR 1 00 000,00fi ħdan il-Laiki Bank li ġew iggarantiti skont miżuri Ewropej imposti fuq l-awtoritajiet Ċiprijotti.