This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0371
Case T-371/14: Action brought on 26 May 2014 — NICO v Council
Kawża T-371/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Mejju 2014 – NICO vs Il-Kunsill
Kawża T-371/14: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Mejju 2014 – NICO vs Il-Kunsill
ĠU C 261, 11.8.2014, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 261/34 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2014 – NICO vs Il-Kunsill
(Kawża T-371/14)
2014/C 261/59
Lingwa tal-kawża: l-ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentant): J. Grayston, Solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey u D. Rovetta, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014, mibgħuta lill-avukati tar-rikorrenti, dwar l-eżami mill-ġdid tal-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK kif ukoll fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut tat-tneħħija tar-rikorrenti mil-lista tal-persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi; |
— |
tgħaqqad din il-proċedura mal-Kawża T-6/13 skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta’ Proċedura; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, ibbażati fuq il-fatt li l-motivazzjoni kienet insuffiċjenti u li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
Ir-rikorrenti ssostni li hija ma hijiex sussidjarja ta’ Naftiran Intertrade Company (NICO) Limited, peress li din il-kumpannija ma għadhiex teżisti f’Jersey u, fi kwalunkwe każ, il-Kunsill ma pprovax li anki kieku r-rikorrenti kienet sussidjarja ta’ Naftiran Intertrade Company (NICO) Limited, dan kien joħloq benefiċċju ekonomiku għall-Istat Iranjan li jmur kontra l-għan intiż mill-miżuri kkontestati.