Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0641

    Kawża T-641/13: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Diċembru 2013 — Gemeente Bergen op Zoom vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/18


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Gemeente Bergen op Zoom vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-641/13)

    2014/C 31/30

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Gemeente Bergen op Zoom (Bergen op Zoom, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: T. Hovius u R. Pasma, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2013 (1), li permezz tagħha din tal-aħħar ikkonkludiet li x-xiri tal-art industrijali ta’ Koninklijke Nedalco BV u Nedalco International BV min-naħa tal-Komun ta’ Bergen op Zoom ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u/jew 108 TFUE

    Il-Kummissjoni naqset milli tapplika l-prinċipju ta’ investitur privat jew, minn tal-inqas, applikatu ħażin, ma bbażatx ruħha fuq il-fatti rilevanti f’dan ir-rigward u/jew ma mmotivatx suffiċjentement l-imsemmija applikazzjoni.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107 u/jew 108 TFUE

    Il-Kummissjoni evalwat ħażin il-fatti u/jew il-liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li Nedalco ma kisbitx vantaġġ (selettiv) li hija ma kinitx tikseb permezz tal-mezzi kummerċjali normali.

    (3)

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza u tal-obbligu ta’ motivazzjoni

    Il-Kummissjoni żbaljatament naqset milli teżamina l-fatti invokati mill-Komun u/jew li tibbaża d-deċiżjoni kkontestata fuq motivazzjoni xierqa.


    (1)  ĠU 2013, C 335, p. 1).


    Top