Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0518

    Kawża T-518/13: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Settembru 2013 — Future Enterprises vs UASI — McDonald’s International Property (MACCOFFEE)

    ĠU C 352, 30.11.2013, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/19


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2013 — Future Enterprises vs UASI — McDonald’s International Property (MACCOFFEE)

    (Kawża T-518/13)

    2013/C 352/36

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Future Enterprises Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: J. Olsen, B. Hitchens, R. Sharma u M. Henshall, Solicitors)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: McDonald’s International Property Co. Ltd (Wilmington, l-Istati Uniti)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1178/2012-1; u

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “MACCOFFEE” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 — reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 307 382

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: il-motivi kienu dawk imniżżla fl-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikoli 8(1)(a) u (b), 8(2)(ċ) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa fl-intier tagħha

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top