EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0610

Kawża C-610/13 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Novembru 2013 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis- 16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-343/11, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

ĠU C 31, 1.2.2014, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/5


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-343/11, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-610/13 P)

2014/C 31/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman u M. A. M. de Ree, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-343/11;

sa fejn il-kawża tinsab fi stat li tiġi deċiża, tiddeċiedi l-kawża billi tannulla d-Deċiżjoni 2011/244/UE (1);

jekk il-kawża ma hijiex fi stat li tiġi deċiża, tirrinvijaha lill-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi fuq il-mertu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju : interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1433/2003 (2) moqri flimkien mal-punti 8 u 9 tal-Anness I u mal-punt 1 tal-Anness II tal-imsemmi regolament, sa fejn l-ispejjeż tal-istampar tal-imballaġġ ġew ikkunsidrati bħala spejjeż tal-imballaġġ u għalhekk huma kkunsidrati bħala inammissibbli.

It-tieni aggravju : interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1433/2003 moqri flimkien mal-punti 8 u 9 tal-Anness I tal-imsemmi regolament, sa fejn jintuża kriterju żbaljat għall-kundizzjonijiet applikabbli għad-deskrizzjoni tal-azzjonijiet promozzjonali fi programm operazzjonali.

It-tielet aggravju : applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1258/1999 (3) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (4) sa fejn il-Kummissjoni ngħatat oneru tal-prova inqas kontraenti;

Ir-raba’ aggravju : interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 1432/2003 (5), moqri flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2200/96 (6), sa fejn ġie konkluż li l-organizzazzjoni tal-produtturi ma tistax tiddeċiedi fuq tranżazzjonijiet kummerċjali mwettqa mill-persunal ikkollokat.

Il-ħames aggravju : interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1432/2003, sa fejn ġie konkluż li kien neċessarju li jsir irtirar tar-rikonoxximent mogħti lill-organizzazzjoni tal-produtturi.

Is-sitt aggravju : applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 1258/1999, tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005, u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, moqri flimkien mal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1432/2003, sa fejn l-ispejjeż kollha sostnuti mill-organizzazzjoni tal-produtturi FresQ huma esklużi mill-finanzjament.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/2003, tal-11 ta’ Awissu 2003, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 dwar il-fondi operattivi, programmi operazzjonali u għajnuna finanzjarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39, p. 431).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 414)

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 286M, p. 1)

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2003, tal-11 ta’ Awwissu, li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 li jirrigwarda l-kondizzjonijiet għall-għarfien tal-organizzzzjonijiet tal-produtturi u l-għarfien preliminari tal-gruppi tal-produtturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 39. p. 424).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55).


Top