Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0580

    Kawża C-580/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit- 18 ta’ Novembru 2013 — Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Novembru 2013 — Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg

    (Kawża C-580/13)

    2014/C 31/04

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Coty Germany GmbH

    Konvenut: Stadtsparkasse Magdeburg

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’każ bħal dak ineżami fil-kawża prinċipali, tawtorizza lil stabbiliment bankarju jinvoka s-sigriet bankarju sabiex jirrifjuta li jipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tal-proprjetarju ta’ kont?


    (1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32)


    Top