This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0482
Case C-482/13: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de Primera Instancia e Instrucción n °2 de Marchena (Spain) lodged on 10 September 2013 — Unicaja Banco SA v José Hidalgo Rueda and Others
Kawża C-482/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción n °2 de Marchena (Spanja) fl- 10 ta’ Settembru 2013 — Unicaja Banco SA vs José Hidalgo Rueda et
Kawża C-482/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción n °2 de Marchena (Spanja) fl- 10 ta’ Settembru 2013 — Unicaja Banco SA vs José Hidalgo Rueda et
ĠU C 352, 30.11.2013, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 352/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena (Spanja) fl-10 ta’ Settembru 2013 — Unicaja Banco SA vs José Hidalgo Rueda et
(Kawża C-482/13)
2013/C 352/06
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 2 de Marchena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Unicaja Banco SA
Konvenuti: José Hidalgo Rueda, María del Carmen Vega Martín, Gestión Patrimonial Hive SL, Francisco Antonio López Reina u Rosa María Hidalgo Vega
Domandi preliminari
(1) |
Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola abbużiva dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, temenda l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-implementazzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid? |
(2) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jemendaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala abbużiva, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi previsti u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni ta’ natura abbużiva, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur? |
(3) |
It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tmur kontra d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala abbużivi, previsti f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Marzu 2013? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288