This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CB0683
Case C-683/13: Order of the Court (Eighth Chamber) of 19 June 2014 (request for a preliminary ruling from the Tribunal do Trabalho da Covilhã — Portugal) — Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA and Others v Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT) Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court of Justice — Processing of personal data — Directive 95/46/EC — Article 2 — Concept of ‘personal data’ — Articles 6 and 7 — Principles relating to data quality and criteria for making data processing legitimate — Article 17 — Security of processing — Working time — Record of working time — Access by the national authority responsible for monitoring working conditions — Employer’s obligation to make available the record of working time so as to allow its immediate consultation
Kawża C-683/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho da Covilhã – il-Portugall) – Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA et vs Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ipproċessar tad-data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2 — Kunċett ta’ “data personali” — Artikoli 6 u 7 — Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu — Artikolu 17 — Sigurtà tal-ipproċessar — Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema — Reġistru tal-ħin tax-xogħol — Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol — Obbligu għall-persuna li timpjega li tqiegħed għad-dispożizzjoni r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu)
Kawża C-683/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho da Covilhã – il-Portugall) – Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA et vs Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ipproċessar tad-data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikolu 2 — Kunċett ta’ “data personali” — Artikoli 6 u 7 — Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu — Artikolu 17 — Sigurtà tal-ipproċessar — Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema — Reġistru tal-ħin tax-xogħol — Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol — Obbligu għall-persuna li timpjega li tqiegħed għad-dispożizzjoni r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu)
ĠU C 261, 11.8.2014, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 261/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal do Trabalho da Covilhã – il-Portugall) – Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA et vs Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT)
(Kawża C-683/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ipproċessar tad-data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “data personali” - Artikoli 6 u 7 - Prinċipji dwar il-kwalità tad-data u biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu - Artikolu 17 - Sigurtà tal-ipproċessar - Ħin tax-xogħol tal-ħaddiema - Reġistru tal-ħin tax-xogħol - Aċċess tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol - Obbligu għall-persuna li timpjega li tqiegħed għad-dispożizzjoni r-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu))
2014/C 261/18
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal do Trabalho da Covilhã
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pharmacontinente-Saúde e Higiene SA, Domingos Sequeira de Almeida, Luis Mesquita Soares Moutinho, Rui Teixeira Soares de Almeida, André de Carvalho e Sousa
Konvenuta: Autoridade Para As Condições do Trabalho (ACT)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li reġistru tal-ħin tax-xogħol, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jinkludi l-indikazzjoni, għal kull ħaddiem, tal-ħinijiet tal-bidu u tat-tmiem tax-xogħol kif ukoll tal-interruzzjonijiet jew tal-pawżi korrispondenti, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “data personali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
2) |
L-Artikoli 6(1)(b) u (ċ), kif ukoll 7(ċ) u (e) tad-Direttiva 95/46 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-persuna li timpjega l-obbligu li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol reġistru tal-ħin tax-xogħol sabiex tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu, sakemm dan l-obbligu jkun neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju minn din l-awtorità tal-kompiti tagħha ta’ sorveljanza tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ħin tax-xogħol. |
3) |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk l-obbligu, għall-persuna li timpjega, li tipprovdi lill-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tas-sorveljanza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol aċċess għar-reġistru tal-ħin tax-xogħol b’mod li tippermetti l-konsultazzjoni immedjata tiegħu jistax jitqies bħala neċessarju għall-finijiet tal-eżerċizzju minn din l-awtorità tal-kompitu tagħha ta’ sorveljanza, billi jikkontribwixxi għal applikazzjoni iktar effikaċi tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-ħin tax-xogħol, u, fl-affermattiv, jekk is-sanzjonijiet imposti sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tar-rekwiżiti stabbiliti permezz tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, josservawx il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |