Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0372

    Kawża C-372/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – Il-Greċja) – Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE vs SiegerPharma Anonymi Farmakeftiki Etaireia (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari magħmula identiċi għal domandi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja diġà adottat deċiżjoni — Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) — Artikolu 27 — Oġġett li jista’ jiġi protett bi privattiva — Artikolu 70 — Protezzjoni ta’ oġġetti eżistenti)

    ĠU C 175, 10.6.2014, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/18


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – Il-Greċja) – Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE vs SiegerPharma Anonymi Farmakeftiki Etaireia

    (Kawża C-372/13) (1)

    ((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari magħmula identiċi għal domandi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja diġà adottat deċiżjoni - Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) - Artikolu 27 - Oġġett li jista’ jiġi protett bi privattiva - Artikolu 70 - Protezzjoni ta’ oġġetti eżistenti))

    2014/C 175/22

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Polymeles Protodikeio Athinon

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE

    Konvenuta: SiegerPharma Anonymi Farmakeftiki Etaireia

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari – Polymeles Protodikeio Athinon – Interpretazzjoni tal-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (“TRIPS”) Anness mal-ftehim li jistabbilixxi l-“Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ” (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80) – Distinzjoni bejn l-oqsma li jaqgħu taħt id-dritt Komunitarju u dawk li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri – Qasam tal-privattivi – Prodotti kimiċi u farmaċewtiċi

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 27 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jinsabu fl-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li ġie ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 u approvat bid-deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħha, ta’ ftehimiet ta’ negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (1986-1994), jifforma parti mill-politika kummerċjali komuni.

    2)

    L-Artikolu 27 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ għandu jiġi interpretat fis-sens li l-invenzjoni ta’ prodott farmaċewtiku, bħall-komponent kimiku attiv ta’ prodott mediċinali, tista’, fl-assenza ta’ deroga skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-artikolu, tiġi protetta bi privattiva fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu.

    3)

    Privattiva li nkisbet sussegwentement għal talba dwar l-invenzjoni kemm tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni ta’ prodott farmaċewtiku kif ukoll ta’ dan il-prodott farmaċewtiku fih innifsu, iżda li ngħatat biss għal dak li jirrigwarda dan il-proċess ta’ fabbrikazzjoni, ma għandhiex, minħabba r-regoli msemmija fl-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, tkun ikkunsidrata, sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, bħala li tkopri l-invenzjoni tal-imsemmi prodott farmaċewtiku.


    (1)  ĠU C 78, 15.03.2014.


    Top